Għexieren ta’ nies fl-Eġittu jidhru li għebu wara li spiċċaw arrestati waqt azzjonijiet sigrieti mill-qawwiet tas-sigurtà lokali.
Il-grupp Human Rights Watch (HRW), li għandu l-bażi tiegħu fl-Istati Uniti, żvela dan u qal li f’xi każi l-uffiċjali tal-istat ċaħdu li kienu qed iżommu lill-individwi kkonċernati. Jidher ukoll li dawn l-uffiċjali rrifjutaw li jiżvelaw x’għadda minn dawk il-persuni.
Il-Human Rights Watch, intant, qed jinsisti biex l-awtoritajiet Eġizzjani jiżvelaw mill-ewwel il-lokalitajiet tal-persuni arrestati u biex issir ġustizzja mal-entitajiet jew persuni responsabbli mill-arresti arbitrarji.
L-għajbien sfurzat tan-nies jikkostitwixxi abbuż serju tal-liġi internazzjonali. F’każ li dan l-aġir jitwettaq b’mod sistematiku bħala kwistjoni ta’ politika, ikun qed isir delitt kontra l-umanità.
//= $special ?>