IN-NAZZJON b’dal li seħħ ilbieraħ filgħaxija fil-Parlament, fejn il-Prim Ministru baqa’ ma weġibx quddiem allegazzjonijiet serji dwar il-Ministru Chris Cardona, li qed ikun allegat li qed jgħix fi flat ta’ negozjant fil-familja li tifforma parti mill-konsorzju li ngħata t-tender tal-Powerstation.
TIMES OF MALTA b’ritratt ta’ Kenneth Gafà li lbieraħ ġie kkundannat 35 sena ħabs wara l-qtil tal-eks sieħba tiegħu Christine Sammut u b’rapport tas-sentenza li ngħatat.
Anke’ L-ORIZZONT b’rapport dwar din is-sentenza li ngħatat fil-konfront ta’ Kenneth Gafà.
THE MALTA INDEPENDENT dwar il-lista li ppreżenta s-Segretarju Michael Falzon ta’ persuni li bbenefikaw minn skema ta’ irtirar kmieni mill-BOV u b’storja dwar il-mod kif il-Gvern ma ċaħadx l-allegazzjoni li l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona qed joqgħod f’appartament Portomaso b’xejn.
//= $special ?>