Lokali

Jinsterqu €4,500 minn ħanut f’San Ġwann

Aktar minn €4,500 fi flus kontanti insterqu minn ħanut tal-logħob f’San Ġwann. Is-serqa seħħet ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax neqsin għoxrin, meta l-Pulizija ġiet infurmata bis-serqa li kienet seħħet fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.

Il-Pulizija minnufih mattu fuq il-post fejn mill-ewwel irriżulta li biex seħħet is-serqa, żewġ persuni daħlu fil-ħanut, għammdu għajnejn tfajla li kienet fil-ħanut u talbuha l-flus. Il-Pulizija qalet li jinsabu nfurmati li ż-żewġ persuni kienu qed iġorru arma tan-nar.

Hekk kif ġie rappurtat il-każ, il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan u mir-Rapid Intervention Unit għamlu tfittxija fl-inħawi, madanakollu ma rnexxielhomx jaqbdu lill-ħallelin.

Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ filwaqt li ġiet appuntata wkoll inkjesta Maġisterjali.