Lokali

Kemm kellek tixtri biljetti s’issa?

Int wieħed mill-eluf li għadek ma rċevejtx il-‘tallinja card’ tiegħek? Jekk iva, s’issa kemm il-biljett xtrajt?

Persuna tellgħet dan ir-ritratt fil-grupp ‘Are You Being Served (Malta)’ fejn ilmentat li t-tifel tagħha ilu tlett ġimgħat mingħajr il-card… u sadanittant, ġemma’ ammont kbir ta’ biljetti.

Il-persuna qalet li ilha għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat tilmenta mal-Malta Public Transport, iżda l-unika risposta li ngħatat kienet li l-card se tasal dalwaqt.