Iċ-Chairperson tal-Air Malta Maria Micallef impjegat xufier fuq bażi full-time. Dan filwaqt li xahrejn ilu, l-impjegati ġew mitluba “jagħmlu s-sagrifiċċji”.
F’rapport ippubblikat fil-ħarġa tal-lum ta’ Times of Malta, ntqal li l-kumpanija tal-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat li ċ-Chairperson impjegat xufier fuq bażi full-time u fuq il-bażi ta’ ‘position of trust’.
Il-ġurnal Times of Malta rrapporta li din il-mossa wasslet għal rabja kbira fost il-ħaddiema tal-Air Malta talli x-xufier ġdid full-time taċ-Chairperson inġieb minn barra minflok ma tqabbad xi ħadd li diġa jaħdem mal-kumpanija. Dan filwaqt li xahrejn ilu, l-impjegati tal-linja nazzjonali tal-ajru ntalbu jagħmlu s-sagrifiċċji minħabba l-qagħda finanzjarja mwiegħra li tinsab fiha l-Air Malta.
//= $special ?>

