Quddiem il-kontroversja dwar il-mod kif is-Segretarju Parlamentari Ian Borg akkwista art u propjeta mill-aqwa bi prezz baxx fil-Wied ta’ Santa Katarina fir-Rabat, l-istess Ian Borg jagħżel li ma jweġibx il-mistoqsijiet ta’ MaltaRightNow.com għaliex jgħid li hu beda proċeduri legali.
Il-każ ta’ Ian Borg kien żvelat f’The Malta Indpendent li sostniet li Ian Borg irnexxielu jixtri art ta’ valur f’wied pittoresk b’somma redikola ta’ €10,000 mingħand anzjan li għandu problemi ta’ saħħa mentali.
Dna il-bejgħ qajjem rabja mill-istess familja tal-anzjan li mal-gazzetta The Malta Independent esprimew ir-rabja tagħhom għall-mod kif saru l-affarijiet biex is-Segretarju Parlamentari Ian Borg kiseb l-art involuta. Il-familjari ma kellhom l-ebda intenzjoni li jbiegħu din l-art fil-wied.
Quddiem il-kuntratt iffirmat għall-bejgħ tal-art, il-familja tal-anzjan qed jappellaw biex it-trasferiment ikun dikjarat null propju minħabba li qed isostnu li kien hemm pressjoni fuq missierhom biex jiffirma l-kuntratt u jbiegħ l-art lil Ian Borg.
Il-familja ssostni li missierhom saħansitra ttieħed jixrob f’diversi ħwienet qabel kien iffirmat il-kuntratt għall-bejgħ tal-art u sostnew li huma ma kellhomx l-intenzjoni li jbiegħu dik l-art, l-anqas għal għaxar darbiet iktar mill-miżerja ta’ €10,000 li ħallas Ian Borg.
Mistoqsi minn dan is-sit, jekk jemminx li hu m’għamel xejn ħażin bil-mod kif akkwista l-art, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg mhux biss sostna li hu m’għamel xejn, anzi esprima rispett lejn l-anzjan li xtara l-propjeta mingħandu bis-somma miżera ta’ €10,000 ewro.
Minkejja d-diversi ċaħdiet li kien hemm f’dan il-każ, kemm mis-Segretarju Parlamentari Ian Borg kif ukoll minn persuni oħra involuti fil-każ, il-familja ddikjarat ma’ The Malta Independent li kienet lesta tieħu l-każ il-qorti u tipprova dak kollu li qalet.
//= $special ?>