Uffiċjali tad-Dwana qabdu 7,000 flixkun ta’ whisky falz, li 6,000 minnhom huma ta’ ditti magħrufa u marki prestiġġjużi. Is-sejba saret f’kontejner li kien fi triqu lejn il-Libja mil-Lvant Imbiegħed u li għamel waqfa fil-Freeport f’Malta.
Il-kontejner li kien mgħobbi b’dan ix-xorb kien dikjarat li kien fih sufanijiet, madanakollu, wara stħarriġ tal-uffiċjali tad-Dwana, irriżulta li kien fih mas-7,000 flixkun ta’ whisky falz.
Malli nfetaħ il-kontejner u sar eżami mill-qrib tat-tabelli tal-fliexken, l-uffiċjali tad-Dwana kkuntattjaw lil rappreżentanti legali tad-ditti tal-whisky konċernati u ġew ukoll mgħotija kampjuni tax-xorb.
Ix-xorb inżomm mid-Dwana u li għada għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.
//= $special ?>

