Lokali

Ritratti: Ikissru u jisirqu minn karozza fil-Gżira

Sidien ta’ karozza li kienet ipparkjata fi Triq il-Ġnien, fil-Gżira, irritornaw lura u sabu li xi ħadd faqa’ l-ħġieġ tal-vettura u seraq minn fuq ġewwa tal-vettura.

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju f’xi ħin bejn it-15:00 u l-17:30 u min wettaq ir-reat ħarab mill-post b’tablet, mobile u arloġġ li ma kinux fejn jidhru imma f’basket taħt is-seat.

Mal-vettura s-sidien sabu demm li x’aktarx hu ta’ dak il-persuna jew persuni li wettqu r-reat. Madankollu huma ġew infurmati li ma jistax isir test tad-DNA għaliex dan “jiswa’ ħafna.”

Dan filwaqt li tfittxija għal marki tas-swaba’ mal-vettura rriżultat fin-negattiv.

Is-sidien qed jappellaw biex persuni li setgħu raw dan ir-reat iseħħ jgħaddu xi informazzjoni li twassal biex il-każ jiġi solvut. Min għandu xi informazzjoni jista’ jgħddiha lill-Pulizija, anke’ b’mod kunfidenzjali.

Serqa