Lokali

Sejħa urġenti għad-demm

Il-bank tad-demm ħabbar li hemm bżonn b’urġenza d-demm, wara li t-temp sħun wassal biex saru inqas donazzjonijiet tad-demm minn kemm kien hemm bżonn u r-riserva niżlet għal-livell kritiku.

Il-bank tad-demm saħaq li kull min hu f’saħħtu, għandu jersaq u jagħti d-demm illum stess, għaliex il-bżonn tad-demm huwa urġenti.

Min jixtieq jagħti d-demm jista’ jagħmel dan fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa minn dalgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija, u f’Għawdex fid-Dipartiment tal-Outpatients mis-siegħa ta’ waranofsinhar sal-ħamsa ta’ waranofsinhar.

Il-bank tad-demm qal li huwa importanti kull min ser jersaq biex jagħti d-demm jixrob ammont sostajzjali ta’ ilma qabel, kif ukoll jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.