“Wara li neħħew il-biljett ta’ €1.50 għal ġurnata, issa qed indumu nistennew! Qed inħallsu iktar għal servizz agħar”
MaltaRightNow.com irċieva dan ir-ritratt ta’ numru kbir ta’ persuni li ilhom ħin twil jistennew xi karozza tal-linja li tgħaddi mill-inħawi ta’ Tas-Sliema.
Fl-aħħar jiem dan is-sit irċieva numru ta’ ilmenti b’rabta mas-servizz tat-trasport pubbliku, partikolarment minħabba l-fatt li t-tariffi għas-servizz tat-trasport pubbliku għolew fil-prezz. Dan peress li m’għadux jeżisti l-biljett ta’ €1.50 għal ġurnata sħiħa.
Din il-persuna saħqet li mhux talli qed iħallsu iktar għat-trasport pubbliku, iżda s-servizz saħansitra mar għall-agħar.
Pero’ fl-aħħar jiem irċevejna wkoll ilmenti li s-servizz qed imur lura, anke minħabba l-fatt li l-karozzi tal-linja qed idumu biex jaslu minn waqfa għall-oħra. Il-persuna li bagħtet dan ir-ritratt saħqet ma jagħmilx sens li nħawi bħal Tas-Sliema jkunu moqdijin b’ammont żgħir ta’ karozzi tal-linja, meta d-domanda għas-servizz hu ħafna ikbar.
//= $special ?>