Bil-karozza fin-nofs, il-purċissjoni żgur ma tistax tgħaddi. Kien għal din ir-raġuni li persuna kitbet fuq Facebook li ma sabitx il-karozza wara li niżlet lura minn Għawdex wara pawża ta’ jumejn.
Fuq il-grupp ‘The Salott’, persuna kitbet li pparkjajt il-karozza b’mod regolari, f’kaxxa bajda, qabel ma telgħet jumejn Għawdex, iżda malli waslet lura Malta, il-karozza ma sabithiex.
Meta marret l-għassa tal-Imsida biex tistaqsi dwar x’sar mill-karozza tagħha, skont din il-persuna, il-Pulizija fl-għassa qalilha li l-karozza ġiet irmonkata biex setgħet tgħaddi l-purċissjoni. U meta l-persuna staqsiet għaliex ma rċevietx tal-inqas telefonata, bis-saħna kollha, l-Pulizija weġibha: “Iva ħi, aħna hekk nagħmlu.” Skont din il-persuna, l-Pulizija żied jgħid li “numru tiegħek m’għandiex u ma kienx beħsibni noqgħod infittxu fuq il-kompjuter biex inċempillek.”
Il-persuna kitbet fuq Facebook li dwar dan provat tilmenta mal-Pulizija, b’mod li saħqet li l-Pulizija, suppost għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar is-sidien tal-karozzi billi jfittxu permezz tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-karozza. Madanakollu, l-Pulizija baqa’ jipprova jieħu r-raġun u qalilha: “missek xtrajt il-Gazzetta tal-Gvern għax fuqha jkun hemm miktub it-triqat li ma tistax tipparkja fihom!”
Il-persuna lmentat li kien seħħ każ ieħor qabel fejn kienet ġiet infurmata mill-għassa biex tneħħi l-karozza minħabba krejn li ried jaħdem, madanakollu, f’dan il-każ ma rċeviet l-ebda telefonata.
Skont dak li nkiteb minn din il-persuna fuq Facebook, meta marret tiġbor il-karozza mill-garaxx tal-Pulizija fil-Floriana, uffiċjal li kien il-garaxx, qal lil din il-persuna li l-Pulizija “qishom apposta jagħmlu hekk ħalli ċ-ċittadini jkollhom iħallsu.”
//= $special ?>

