Il-Prim Ministru tat-Turkija qal li se jżid is-sigurta’ mal-fruntiera tal-pajjiż mas-Sirja wara li 30 persuna nqatlu lbieraħ wara bomba li splodiet fil-villaġġ ta’ Suruc. Investigaturi jissuspettaw li l-isplużjoni ma kienet xejn għajr attakk suwiċida minn membru mara tal-ISIS.
L-isplużjoni wasslet ukoll għal protesti vjolenti f’Istanbul, bil-Pulizija jkollhom jużaw kanuni tal-ilma u bullets tal-lakstu biex jikkontrollaw il-protesti.
//= $special ?>