Internazzjonali

Arrestati żewġ sostenituri tal-ISIS fi Brescia – riedu jattakkaw Ruma u Milan

Il-Pulizija fl-Italja arrestaw żewġ persuni fuq suspett li kienu qed iħejju attakki terroristiċi wara li fuq siti soċjali appoġġjaw pubblikament l-ISIS. Huma qed jiġu akkużati b’assoċjazzjoni mat-terroriżmu internazzjonali.

Jirriżulta li ż-żewġ persuni arrestati, Tuneżin u Paksitan, ħolqu profil fuq Twitter, Islamic_State in Rom, u kienu qed jippjanaw attakki terroristiċi f’Ruma u Milan f’isem l-ISIS.

F’wieħed mill-messaġġi li kitbu, huma wissew hekk: “Ninsabu fit-toroq tagħkom. Ninsabu kullimkien. Qed nillokalizzaw l-objettivi tagħna, filwaqt li nħejju għall-mument X.” Huma tellgħu sensiela ta’ ritratti b’karta b’dawn il-messaġġi fuqhom, kemm bit-Taljan, Għarbi u Franċiż.