Kważi 12-il siegħa – daqshekk ilhom bla dawl diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta.
Minbarra l-qtugħ tad-dawl fl-inħawi tal-Gudja, Ħaż-Żabbar u Ħal Tarxien, il-provvista tal-elettriku inqatgħet ukoll fil-Baħrija, l-Għemmieri u Binġemma. Jidher li sal-10am l-Għemmieri u Binġemma kienu għadhom bla dawl, li jfisser 12-il siegħa f’din is-sitwazzjoni skomda fl-eqqel tas-Sajf.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tas-sit MaltaRightNow.com kienu bosta dawk illi kkummentaw li din hija sitwazzjoni tal-biki. Uħud qalu li saħansitra kellhom jarmu ħafna mill-ikel li kellhom fil-fridge.
//= $special ?>