Lokali

FILMAT: Xufier full-time maċ-Chairman tal-kumpanija Air Malta

Waqt li fl-aħħar ġimgħat il-ħaddiema tal-Air Malta intalbu jagħmlu s-sagrifiċċji għall-ġid tal-kumpanija, fl-istess żmien iċ-Chairman tal-kumpanija impjegat xufier full-time magħha.

Il-Kelliem tal-Oppozizzjoni Antoine Borg sostna li dan ma’ jagħmilx ġid għal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta li qed isir sforz biex din tkun salvata.

Madwar xahrejn ilu lill-ħaddiema, l-kumpanija mmexxija miċ-chairperson, Maria Micallef, qaltilhom li hemm bżonn ta’ sagrificcji minn naħa tagħhom. Iżda li ma qalulhomx kien li ċ-chairman se jkollha magħha xufier full-time.

Jirriżulta li l-impjieg ta’ dan ix-xufier sar fuq bażi ta’ position of trust u l-kuntratt tiegħu jiskadi meta c-chairperson Maria Micallef ttemm il-kariga tagħha.

Dan il-każ ġie rrappurtat mit-Times of Malta, fejn jingħad li ċ-chairman tal-airmalta hi ntitolata gġal 18-il elf ewro gġal benefiċċji bġal fuel, użu tal-mobile u internet. Minbarra li l-pakkett finanzjarju tagħha jinkludi wkoll li hi ntitolata għal karozza u xufier.

Id-deċiżjoni li ċ-chairman, Maria Micallef, idaħħal xufier magħha bil-konsegwenza li żdiedu l-ispejjeż tal-kumpanija, rrabbjat lil ħafna ħaddiema li qed isostnu li kienu ikun aħjar li kieku kienet impjegata, bħala xufier, persuna, li diġa’ kienet qed taħdem mal-kumpanija. Minflok iċ-chairman tal-Airmalta, Maria Micallef żiedet persuna oħra fuq il-kotba tal-kumpanija u sadanittant l Airmalta ddeċidiet li t-tfal fuq l-airmalta jħallsu daqs l-adulti u l-flotta tal-ajruplani mistennija tonqos.