Lokali

Il-grupp Il Volo b’kunċert f’Malta

It-tlett kantanti żgħażagħ li jiffurmaw il-grupp Il Volo se jkunu qed itellgħu kunċert f’Malta fid-29 ta’ Awwissu.

Din is-sena l-Volo rebħu l-edizzjoni ta’ San Remo fl-Italja u b’hekk irraprezentaw l-Italja fil-Eurovision Song Contest li sar fi Vjenna. Bil-kanzunetta Grande Amore huma kklasifikaw fit-tielet post.

F’konferenza tal-aħbarijiet biex ikunu spjegati d-dettalji dwar il-kunċert li se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali, sar kollegament ma’ Il Volo li dak il-ħin kienu qegħdin fi studio jaħdmu fuq l-album il-ġdid tagħhom.

L-organizzaturi qalu li kunċert simili sar anke fl-Italja u kien suċċess kbir u jittamaw wkoll li l-istess success għalkemm fuq skala iżgħar jintlaħaq anke Malta.

Ingiazio , Piero u Gianluca bdew jiksbu suċċess permezz tal-programm Ti Lascio una Canzone. Success li jgawduh f’diversi pajjiżi fosthom Spanja u fl-Istati Uniti tal-Amerika.