Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 22 ta’ Lulju.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-każ ta’ Chris Cardona fejn qed jintqal li l-kuntratt dwar l-appartament li kera f’Portomaso huwa dubjuż u joħloq ħafna suspetti. F’rapport separat naqraw illi l-Gvern jidher li qed jikkunsidra li jiprivatizza l-kumpanija Arms Ltd.

THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta dwar l-investigazzjoni li bdiet mill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni fil-konfront ta’ Ian Borg, u l-każ tal-permess li inħariġlu biex jibni propjeta’ f’żona rurali bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli.

L-ORIZZONT jispjega kif ġie imniedi l-Fond għal-Leave tal-Maternita’.

Il-gazzetta MALTA TODAY b’rapport li jikxef dettalji inkwetanti li fiha l-liġi l-ġdida tal-iżvilupp; liġi li tati poteri lill-Prim Ministru biex ikun hu (bħala l-Ministru responsabbli mill-ippjanar) li jirregolarizza żvilupp li jkun sar illegalment. Allura, dan ifisser li jkun il-Prim Ministru, jew is-Segretarju Parlamentari tiegħu, li jkollu s-saħħa jagħti amnestija.

Fil-faċċata tat-TIMES OF MALTA naraw ritratt tal-Prinċep George li lbieraħ għalaq sentejn.