Lokali

Il-mafja Taljana tmexxi l-ħasil tal-flus minn Malta : Jitressqu l-Qorti sitt Taljani

Illum waranofsinhar tressqu l-Qorti ta’ Malta sitt Taljani akkużati li pparteċipaw f’organizazzjoni kriminali, huma taw il-kunsens tagħhom li jiġu estraditi lejn l-Italja biex jikkolaboraw fl-investigazzjonijiet Taljani u jippruvaw li m’għandhomx xjaqsmu f’dawn l-investigazzjonijiet.

It-Taljani, Alessandro Ciaffi ta’ 40 sena minn Ruma, Fortunato Stracuzzi ta’ 37 sena minn Messina, Mario Gennaro ta’ 39 sena, l-aħwa Francesco u Rocco Ripepi minn Reggio Calabria u Margerita Simona Gibetti ta’ 34 sena minn Bari kienu rappreżentati mill-avukati Joe Giglio u Stephen Tonna Lowell.