Lokali

Il-President tal-Italja fi żjara qasira f’Malta

Il-President Taljan Sergio Mattarella wasal Malta ftit qabel nofsinhar. L-ewwel impenn tiegħu f’din iż-żjara ta’ ftit sigħat kien fil-Palazz San Anton fejn kellu laqgħa bilateralit mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Iktar tard hu ltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja u ftit wara, żar il-Barrakka ta’ Fuq.

Wara, il-President Mattarella mar il-Parlament fejn intlaqa’ mid-Deputat Speaker Ċensu Galea

Il-President Taljan Sergio Mattarella kellu laqgħa wkoll mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fir-residenza tal-Ambaxxatur Taljan f’Ta’ Xbiex. F’din il-laqgħa, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-kelliem għall-Affarijiet Barranin Tonio Fenech u mis-Segretarju Internazzjonali Trevor Degiorgio.

L-Aħħar impenn tal-President Mattarella kien żjara fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.