Tyrone Borg, Brandon Borg, Mandy Cortis u Steve Martin rebħu l-unuri prinċipali fit-tielet edizzjoni tal-Malta National Boxing Awards attivita’ li saret nhar is-Sibt li għadda fil-Lukanda Le Meridien f’San Ġiljan.
Matul is-serata ġew ippremjati l-aħjar boxers, kowċis u uffiċjali li huma affiljati mal-Malta Boxing Association (MBA). B’kollox ingħataw 16 –il unur b’kollox fejn kienhemm tmien unuri li ġew magħżula permezz ta’ votazzjoni u l-kumplament kienu unuri li ingħataw lill-individwi li ddistingwew ruħhom matul is-sena li għaddiet.
L-MBA ħasbet ukoll sabiex tniedi l-‘People’s Choice Award’ li hi kategorija li r-rebbieħ kien determinat mill-voti tal-publiku.
Demis Tonna u ibnu Daulton, f’isem Prize Boxing Promotion rebħu l-unur tal-aqwa promozzjoni tas-sena bl-attivita’ The Best Ever li saret f’Novembru li għadda.
L-organizatturi ħasbu wkoll fil-fotografi amateurs li jattendu għall-attivitajiet tal-boxing lokali u kienet Christine Borg rebħet l-unur tal-aqwa set ta’ ritratti wara analiżi minn panel li kien magħmul minn tliet fotografi professjonali. Rocco Gauci, dilettant kbir tal-boxing ingħata l-unur tal-Malta Boxing Magazine.
Unur ieħor li ingħata waqt is-serata kien dak tal-Għaqda Ġurnalisti Sports li ngħata għall-ewwel darba din is-sena lil Marc James għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-midja biex jippromwovi dan l-isport.
Din is-serata li, kienet ippreżentata minn Simon Farrugia u Catherine Micallef eventwalment se tixxandar fuq TVM2 matul ix-xahar ta’ Awwissu.
L-unuri kollha li intrebħu kienu dawn:
1.Malta Boxing Magazine Award
Rocco Gauci
2.Malta Boxing Association President’s Award
Steve Martin (Fight Factory)
3.Best Professional Prospect Award
Richard Vella – (Fight Factory)
4.Contest of the Year Award
Dione Galea v Mark Anatasi (27 ta’ Ġunju 2015)
5.Tim tas-sena
Simon Chetcuti (Team Spartan)
6.L-aqwa boxer femminili tas-sena
Mandy Cortis (Fight Factory)
7. L-aqwa boxer maskili tas-sena
Brendon Borg (Team Sparan)
8. L-aqwa kowċ tas-sena
Steve Martin (Fight Factory)
9. L-aqwa uffiċjal tas-sena
Claire Shephard
10.Unur tal-Għaqda Ġurnalisti Sports
James Marc (Uffiċjal tal-MBA)
11.L-aqwa fotografu amateur tas-sena
Christine Borg
12.Life Time Achievement Award
Dione Galea (Dione Boxing Club)
13.People’s Choice Award
Mark Manicolo (Team Jalen Coach)
14.Unur għall-aqwa promozzjoni u attività tas-sena
The Best Ever – Prize Boxing Promotions – 08-11-14
15.Sportsmen of the Year Award
Mark Cutajar (Fight Factory)
16.Pound for Pound Award
Tyrone Borg (Fight Factory)


