Aġġornata
Dalgħodu fir-Rabat Għawdex kien hemm xena mhux tas-soltu hekk kif ħafna nies dehru jiġru u jippruvaw jitfu n-nar li żviluppa f’karozza tal-linja li kienet qed tinstaq fi Triq Sant’ Orsola fid-direzzjoni lejn Pjazza Indipendenza.
Fortunatament fil-ħin tal-inċident ma kienx hemm passiġġieri u x-xufier niżel minn tal-linja fil-ħin mingħajr ma’ ġarrab ebda ġrieħi.
Fuq il-post waslu numru ta’ Pulizija kif ukoll membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien mill-karozza tal-linja.
Intant, b’reazzjoni għal dan l-artiklu, il-Malta Public Transport qalet fi stqarrija li dak rappurtat ma kienx nar iżda duħħan u li l-karozza m’hijiex waħda mill-ġodda. Il-kumpanija tat-trasport pubbliku qalet li d-duħħan kien ikkawżat minn sħana iżjed mis-soltu li ħakmet sistema partikolari fuq ix-xarabank.
Il-kumpanija qalet li tiskuża ruħha li s-servizz li kienet qed toffri din il-karozza kellu jieqaf ħesrem filwaqt li se tkompli tinvestiga dan il-każ f’aktar dettall