Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ uħud mill-ħaddiema fl-Isptar Monte Carmeli qed jinbidlu u jmorru għall-agħar.
Waħda mill-ħaddiema, li taħdem f’Dipartiment partikolari fl-Isptar, qalet lil Radio 101 li meta jaħdmu ġurnata li tkun Festa se tiżdidilhom ġurnata mal-leave minflok ma jitħallsu d-doppju għaliha.
Spjegat li huma saru jafu b’din il-kundizzjoni l-ġdida ftit tal-gimghat ilu biss. Qalet li huma ma jistgħux jifhmu kif qalulhom li minflok jitħallsu tiżdidilhom ġurnata mal-leave għax bix-xogħol li jagħmlu huma, peress li qegħdin ftit nies, hu diffiċli jieħdu ġurnata leave.
L-istess persuna semmiet kif qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat kien wiegħed li ħaddiema f’entitajiet tal-Gvern li jaqgħu taht it-tmexxija ta’ kuntratturi privati mhux se jkunu suġġett għal abbuż fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
//= $special ?>