Lokali

Ma jistax isir għawm tul Triq il-Qajjenza minħabba żejt li ħareġ fil-bajja

Bħalissa ma jistax isir għawm fil-baħar tul Triq il-Qajjenza f’Birżebbuġa. Dan hekk kif qed isir xogħol biex din il-bajja titnaddaf minn żejt li ħareġ mis-San Luċjan Oil Terminal.

Fi stqarrija, id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali qal li Uffiċjal mid-Direttorat, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u oħrajn minn Transport Malta qed isegwu s-sorveljanza fiż-żona.

Għaldaqstant, sostna l-appell biex ma jsirx għawm sakemm id-Direttorat stess jikkonferma li l-kwalità tal-ilma baħar hi tajba biżżejjed għall-għawm.