Futbol Sport

Plejers tal-futbol taħt l-eta’ traffikati għal-Laos u sfurzati jiffirmaw kuntratti ta’ “skjavi”

Plejers tal-futbol Afrikani, uħud minnhom ta’ 14-il sena, qed jiġu traffikati lejn l-Ażja u sfurzati jiffirmaw kuntratti b’kundizzjonijiet li qed jiġu deskritti bħal dawk ta’ skjavi.

Klabb ewlieni fil-Laos, Champasak United, għad għandu sitt plejers taħt l-eta’, wara li mporta 23 mill-Afrika. Dan minkejja li r-regoli tal-FIFA jipprojbixxu l-moviment ta’ plejers lejn klabb barrani jew akkademja qabel jagħlqu 18-il sena.

Minn investigazzjoni tal-BBC jirriżulta li l-klabb kien importa b’kollox 23 plejer taħt l-eta’, li 17 minnhom ġew released wara ħidma mill-union tal-plejers, il-FIFPro.

F’kummenti lill-BBC, uħud mit-tfal spjegaw li kellhom jiffirmaw kuntratti ta’ sitt snin, u spiċċaw jorqdu mal-art, flimkien ma’ 30 persuna oħra u f’postijiet mingħajr twieqi u mingħajr ma rċieva l-ebda paga.