Lokali

Ritratt: Nirien jaħkmu ħanut fiż-Żurrieq

Ħanut tal-ġojjellerija fi Triq Dun Ġużepp Zammit, fiż-Żurrieq, inħakem min-nirien f’każ li seħħ ftit tal-ħin ilu.

Fuq il-post bdiet ħidma minn dawk li nzertaw fil-post kif ukoll membri tal-protezzjoni ċivili biex in-nirien ġew ikkontrollati u ma ssirx iktar ħsara.

Dan filwaqt li waslu wkoll numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija biex ikun stabbilit x’wassal għal dan il-każ.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.