Lokali

Ritratti: L-outdoor gym f’Ħal Qormi fi stat ta’ telqa assoluta

L-outdoor gym f’Ħal Qormi jinsab f’telqa kbira, fejn jispikka ħmieġ ma kullimkien, vandaliżmu, dust bins mhux imnaddfa u grada mqaċċta. Grada li tagħlaq l-aċċess għat-tfal milli joħorġu minn parti mill-outdoor gym, u li twassal għal triq prinċipali.

WP_20150719_014

Familji li jiffrekwentaw dan l-outdoor gym tkellmu magħna u esprimew id-diżappunt tagħhom għall-fatt li fl-aħħar xhur is-sitwazzjoni waslet s’hawn, fi stat ta’ telqa u abbandun.

Ir-residenti qalulna li kemm-il darba rrapurtaw dan kollu lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi iżda ħadd mhu jagħti każ.

Dan l-outdoor gym f’Ħal Qormi ġie inawgurat mill-Exs Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-2013. Progett li minnu kienu qed igawdu l-familji, biex illum jinsab fi stat ta’ telqa u abbandun.

Ritratt ta’ l-Outdoor gym f’Ħal Qormi fl-2013
QORMI SPORTS FITNESS PARK-21

Ritratti ta’parti mill-Outdoor gym f’Ħal Qormi illum

WP_20150719_010

WP_20150719_003 (1)