Internazzjonali

Test ieħor importanti għall-Greċja, it-tieni vot fil-Parlament għar-riformi marbuta mal-bailout

Test ieħor importanti għall-Greċja, hekk kif illum mistenni it-tieni vot fil-Parlament Grieg. B’dan il-vot mistennija jidħlu fis-seħħ ir-riformi iebsa marbuta mal-bailout li se jingħata l-pajjiż mill-Unjoni Ewropea.

Jidher li l-vot tal-lum se jgħaddi bl-appoġġ tal-partiti fl-Oppożizzjoni. Dan il-bailout għall-Greċja se jkun ta’ xejn anqas minn 86 biljun ewro.