Lokali Sport

West Ham United dispjaċuti għall-inċident fuq Facebook

Hekk kif illum waranofsinhar waslu Malta it-tim ta’ West Ham Utd biex għada jilgħabu kontra Birkirkara fit-tieni leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni mill-Europa League, huma għamlu żball kbir fuq facebook.

Dan hekk kif waslu, f’post li tellgħu fuq facebook, huma għamlu “tag” li waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iżda bi żball għamlu “tag” ħażina li kienet tinkludi kliem li joffendi lill-klabb tal-Floriana.

Dan qajjem reazzjoni mill-partitarji Furjaniżi li numru minnhom saħansitra bagħtu messaġġi lill-paġna uffiċjali ta’ West Ham.

Minn naħa tiegħu Matthew Paris, Viċi President ta’ Floriana F.C. qal li hu tal-mistħija li klabb tal-Premiership Ingliż jadotta din l-atitudni.

Imma waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Birkirkara qabel il-logħba ta’ għada, il-persuna li jmexxi l-paġna fuq Facebook ta’ West Ham tkellem ma’ xi ġurnalisti Maltin u esprima d-dispjaċir tiegħu għal dan l-episodju.

Spjega li hu ma jifhimx bil-Malti u meta għael it-tag suġġerita minn Facebook inzertat kienet dik skorretta b’offiża lejn Floriana.