Il-Parlament Grieg approva t-tieni set ta’ riformi biex il-Greċja b’hekk għamlet pass ieħor ‘il quddiem ħalli tingħata bailout ieħor mingħand l-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif ilbieraħ, fil-Greċja kien imiss vot Parlamentari ieħor biex il-pajjiż ikun jista’ jingħata l-għajnuna finanzjarja li għandu bżonn.
Il-Prim Ministru Alexis Tsipras ipprova jikkontrolla ribelljoni interna fi ħdan il-partit tiegħu stess, ix-Syriza, hekk kif numru ta’ Membri Parlamentari huma kontra r-riformi li qed jiġu approvati.
Madankollu, Tsipras qal li ħadd għadu ma tah xi soluzzjoni alternattiva.
//= $special ?>