Lokali

Bejn arti u realta’

L-artist u fotografu M.Agius Design irnexxielu jaqbad dan ir-ritratt interessanti fil-Mellieħa. Fl-isfond jidher ix-xelter tal-Gwerra li jkun miftuħ għall-pubbliku, iżda tispikka l-interazzjoni bejn ir-raġel anzjan u l-kelb li hemm fir-ritratt u l-pittura artistika, magħrufa bħala graffiti, li hemm mat-taraġ u mal-ħajt, tal-ġuvni li qed jitma’ qattus.

Ritratt li bla ma trid iġiegħlek tħares darbtejn minħabba t-taħlita tal-arti ma’ dak li qed jiġri realment.

Dawk li jixtiequ jaraw aktar ritratti ta’ dan l-artist jistgħu jagġmlu like f’din il-page : https://www.facebook.com/magiusdesign