Il-fergħa tal-HSBC f’Tas-Sliema kellha tingħalaq qabel il-ħin minħabba li spiċċaw għal numru ta’ sigħat mingħajr il-provvista tad-dawl. Persuni li għamlu kuntatt ma’ MaltaRightNow.com qalu li marru fil-fergħa biex jinqdew, iżda ġew mgħarrfa li l-fergħa se tagħlaq qabel il-ħin.
Meta staqsew dan għaliex, impjegati tal-Bank spjegaw li dan kellu jsir minħabba li d-dawl kien ilu maqtugħ għal numru ta’ sigħat.
Barra minhekk, il-persuni li tkellmu magħna qalu li l-qtugħ fil-provvista tad-dawl wasslet ukoll biex numru ta’ ħwienet kellhom jagħlqu kmieni minħabba s-sħana qawwija u anke għax ma kienx faċli għalihom joperaw mingħajr dawl.
Dawn il-każi, illum f’Tas-Sliema, isegwu dak li ġara fin-nofsinhar ta’ Malta żewġ iljieli ilu, kif ukoll numru ta’ rapporti madwar Malta fi tmiem il-ġimgħa li għadda.
//= $special ?>

