F’Ta Qali ftit tal-minuti ilu wasal it-tim ta’ West Ham Utd li llejla se jilgħabu kontra B’kara fit-tien leg tat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Europa League.
Fl-istadium Nazzjonali illejla se jkun hemm aktar minn 12,000 spettatur jsegwu din il-partita ferm mistennija. Fl-ewwel leg, B’kara tilfu 1-0 b’goal fil- 91 minuta tla-partita.
F’B’Kara kif wieġed jista’ jimmaġina hemm stennija kbira għal din il-partita u filfatt fil-wied ta’ B’kara saħansitra ntrama bar għal dawk li mhux se jmorru l-ground jew f’każ ta’ riżultat pożittiv għal B’kara.
//= $special ?>

