Ikompli l-istejjer dwar is-servizz tat-trasort pubbliku, dan hekk kif dalgħodu fl-10:50am karozza tal-linja li telqet bil-passiġġiera mill-Belt, direzzjoni lejn Buġibba, il-passiġġiera spiċċaw waslu biss sal-Msida, dan wara li x-xufier niżlithom f’nofs tat-triq għax l-arja kundizzjonata ma kienitx qed taħdem. Passiġġiera li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li dak il-ħin ma’ setgħux jemmnu x’qed jiġri u f’dak il-ħin tal-linja kienet mimlija turisti, bit-turisti wisq inqas bdew jifhmu x’kien qed jiġri u xi jridu jagħmlu biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom.
Din kienet storja ohra minn serje li qed ikunu rapurtati dwar is-servizz tat-trasport pubbliku, filfatt ilbieraħ filgħodu, mara li kienet abbord tal-linja li kienet ġejja minn Birżebbuġa ħassha ħażin minħabba s-sħana li kien hemm fuq tal-linja.
Dan il-każ hu biss wieħed minn sensiela ta’ lmenti li waslu għand dan l-istazzjon dwar karozzi tal-linja mingħajr arja kundizzjonati li madankollu xorta waħda qed joperaw fuq ir-rotot.
Minbarra din il-problema, numru kbir ta’ karozzi tal-linja qed jieqfu ta’ kuljum u dan qed iwassal biex il-kumpanija ma tagħmilx servizz lis-sistema’ tal-arja kundizzjonata minħabba li ma tiflaħx toħroġ iktar karozzi mir-rotot.
Filfatt f’Beltissebħ fil-Furjana ta’ kuljum qed jidħlu numru sostanzjali ta’ karozzi tal-linja weqfin għal xi raġuni jew oħra.
//= $special ?>





