Il-kumpanija GO tilfet ix-shareholder maġġoritarju, Emirates International Telecommunications Malta Ltd (EITM), li esprimiet ix-xewqa li tbigħ l-ishma kollha tagħha.
Dan tħabbar minn GO stess, li fi stqarrija qalet li l-EITM infurmat bid-deċiżjoni tagħha lill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija.
GO spjegat li din id-deċiżjoni kienet ippreżentata wkoll lill-Borża ta’ Malta, kif ukoll li fil-futur qrib se tkun qed toħroġ aġġornamenti dwar il-bejgħ tas-60% ishma li l-EITM kellha fil-kumpanija.
//= $special ?>