Lokali

Michael Falzon jippreżenta informazzjoni meħuda min-network intern tal-BOV

Ikompli jikkomplika ruħu l-każ tal-eluf ta’ ewro li s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon ingħata mill-Bank of Valletta meta sar Segretarju Parlamnetari.

Issa ġie żvelat li minkejja li ntqal li kienu dokumenti pubbliċi, id-dokumenti li s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ttieħdu min-network intern tal-Bank.

Dan ikkonfermatu storja f’The Malta Independent, li sostniet li l-informazzjoni tal-Bank, datata 14 ta’ Lulju 2015, inkisbet direttament minn Michael Falzon inkella kienet mgħoddija lilu.

Falzon ma baqax jaħdem il-BOV f’April 2014, meta kien maħtur Segretarju Parlamentari, u bbenefika minn somma unika ta’ €260,000 għal irtirar kmieni mix-xogħol.

Mistoqsi fil-Parlament jekk l-informazzjoni li ppreżenta kinitx pubblika, Michael Falzon ta assigurazzjoni li hu jaf ir-regoli tas-segretezza tal-Bank. Falzon żied li l-informazzjoni involuta tinsab fil-website tal-Bank, iżda tfittxija fil-website irriżultat fin-negattiv.

Ir-raġuni li nġiebet għaliex Michael Falzon ingħata €260,000 kienet biex tilliberah minn kull kunflitt potenzjali meta jkun qed jieħu deċiżjonijiet eżekuttivi.

indpendent internal network