Traġedja fuq ix-Xmara Nil, fl-Eġittu, fejn dgħajsa tal-passiġġieri ħabtet ma’ bastiment għall-ġarr tal-merkanzija. Kawża tal-impatt mietu mill-anqas 18-il persuna. Id-dgħajsa tal-passiġġieri kienet mikrija mill-qraba u l-ħbieb ta’ koppja żagħżugħa biex tintuża’ għal festin tal-engagement.
L-aħħar rapporti miż-żona qalu l-awtoritajiet għall-emerġenzi rkupraw il-katavri ta’ erbat itrabi, filwaqt li numru ta’ passiġġieri tad-dgħajsa għadhom nieqsa. Min-naħa l-oħra, il-Kaptan tal-bastiment għall-ġarr tal-merkanzija ġie arrestat.
Mhux magħruf jekk il-koppja li kienet qed tiċċelebra l-engagement spiċċatx fost il-vittmi, hekk kif il-qraba tal-mejtin u tal-persuni rrappurtati nieqsa nġabru max-xatt tax-xmara biex jistennew aħbar dwar l-għeżież tagħhom.
//= $special ?>