Malta International Airport qed tistenna mill-inqas 4.5 miljun passiġġier sal-aħħar tal-2015, żieda ta’ iktar minn 200,000 fuq l-2104.
Stqarrija tal-MIA tgħid li dawn huma ċifri rekord fejn jirriżulta li fl-aħħar 10 snin it-traffiku lejn Malta żdied b’madwar 70 fil-mija biż-żieda tkun mifruxa fuq ix-xhur kollha tas-sena u mhux biss fl-aqwa xhur. L-MIA qed tesprimi fiduċja li tista’ tkomplki fuq din ir-rotta pożittiva.
Il-Ministur tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem b’mod pożittiv dwar dawn ir-riżultati u qal li l-indikazzjonijiet huma tajbin ħafna.
L-istatistika turi li f’Jannar, Frar u Marzu ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 58 fil-mija fuq għaxar snin ilu u 69 fil-mija fuq sitt xhur ilu. Kienet reġistrata żieda ta’ 82 fil-mija fuq is-sena li għaddiet waqt li bejn Jannar u Ġunju t-trafifku żdied b’6.9 fil-mija n-numru ta’ seats mibjugħa u fl-ammont ta’ oġġetti trasportati bl-arju.
L-istatistika tikkonferma li s-suq Ingliż jibqa’ dak ewlieni b’580,107 passiġġier fl-ewwel sitt xhur tal-2015, waqt li s-suq Taljan ammonta għal 396,427 u dak Ġermaniż b’274,954. L-istrateġija tal-MIA hi li tkompli tiffoka fuq destinazzjonijiet Skandinavi u tal-Ewropa tal-Lvant inkluż ir-Russja flimkien ma’ Spanja u l-Portugall. Għall-ewwel darba l-Iscandinavian Airlines u l-Vueling se jestndu t-titjiriet tagħhom fix-xitwa waqt li l-Luftansa, it-Turkish Airlnes, ir-Ryanair u l-Wizzair se jżidu t-titjiriet matul il-ġimgħa. Fl-2015 l-MIA investiet €2 miljuni fl-espanzjoni taż-żona non-Schengan, €950,000 fil-mitjar u żoni anċillari u €970,000 fis-sistema tal-ġenerazzjoni eletterika.
//= $special ?>

