Lokali

Analiżi tal-ġurnali

In-Nazzjon fl-istorja prinċipali tiegħu illum jista’ jikkonferma kemm il-kuntatt tal-‘kirja’ tal-appartament f’Portomaso mill-Ministru Chris Cardona mhuwiex wieħed veritier… fost l-oħrajn dan il-ġurnal jista’ jiżvela kif kuntrarjament għal dak li qed jgħid Chris Cardona li dan l-appartament fih biss kamra tas-sodda waħda, fil-verità dan fih żewġt ikmamar tas-sodda. Jgħid ukoll li Fl-aħħar jiem l-uffiċċju tal-kumpanija SAVE International LTD, ibbażat f’Birżebbuġa, kien sekwestrat wara li nstabu rabtiet bejn il-ħidma ta’ din il-kumpanija u l-grupp tal-mafja ewlieni fl-Italja, l-‘Ndrangheta.

The Malta Independent b’ritratt mill-isbaħ tal-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali turi l-folla sabiħa li attendiet ilbieraħ għal-logħba bejn Birkirkara FC u West Ham. Fi storja oħra titkellem dwar kif ix-shareholder prinċipali ta’ GO jista’ jkun li se jibdel is-settur li jaħdem fih għal dak tal-propjetà fejn hemm aktar profitt. Fit-tielet storja fil-faċċata titkellem dwar l-arrest ta’ Malti li kien involut f’kuntrabandu ta’ diesel bejn Malta u l-Libja.

The Times of Malta tgħid li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku qed ikun ikkawżat minn ħsara fil-cables tad-dawl u mhux mill-ġenerazzjoni tal-elettriku. Fi storja oħra titkellem ukoll dwar kif ix-shareholder minn Dubai ta’ GO qed jippjana li jbiegħ l-ishma tiegħu li jlaħħqu s-sittin fil-mija. U anke dan il-ġurnal b’ritratt fil-faċċata juri lill-plejers ta’ Birkirkara jifirħu wara li skorja Fabrizzio Miccoli kontra West Ham.

L-Orizzont titkellem dwar kif il-GWU qed tesiġi li jkun qbil fil-ġranet li ġejjin b’rabta mal-ftehim kollettiv tal-ħaddiema fit-trasport pubbliku. Fi storja oħra titkellem dwar il-problema tal-iskart u l-firien f’Kemmuna.