Lokali

B’kara jagħtu qalbhom fil-partita kontra West Ham Utd – Jinqalgħu bil-penalties

F’partita mill-isbaħ u li ftit qatt rajna bħala, B’kara l-Ħamis filgħaxija lagħabu l-partita ta’ ħajjiethom u rnexxielhom saħansitra jkunu l-ewwel tim Malti mill-1962 li rebaħ kontra tim Ingliż.

Dan għaliex waqt li fl-ewwel leg B’kara tilfu 1-0 f’Londra, il-Ħamis f’Ta’ Qali, B’kara spiċċaw id-disgħin minuta b’rebħa ta’ 1-0. Għalhekk il-logħoba marret għall-extra time u f’dan il-ħin l-iskor baqa’ dak ta’  1-0. Għalhekk il-logħoba kellha tispiċċa bil-penalties, fejn West Ham għaddew għar-round li jmiss wara li rebħu l-penalties 5-3.

L-istadium kien mimli supporters sal-aħħar minuta u huwa stmat li għal din il-partita attendew aktar minn 15,000 spettatur.

Matul il-partita ma kienu rappurtati ebda inċidenti serji, għajr xi tgħajjir bejn partitarji ta’ West Ham u dawk ta’ B’kara fil-Millenium Stand. (ara l-filmat)