Il-problemi tas-servizz tat-trasport pubbliku, sa mill-introduzzjoni ta’ tal-linja card kull ma jmur qed jiżdiedu, dan hekk kif id-dewmien esaġerat ta’ diversi rotot qed jiżdied. Turisti li tkellmu magħna li llum wara nofsinhar kienu qed jistennew tal-linja fiċ-Ċirkewwa qalulna li għamlu “kważi sagħtejn” jistennew tal-linja, qalulna li dan hu inaċċettabbli hekk kif huma tħallew fis-sħana u fl-eqqel tax-xemx mingħajr ebda tip ta’ avviż.
It-turisti li kkuntatjaw lil maltarightnow.com permezz ta’ persuna Maltija li kienet qed tistenna magħhom qalulna li meta staqsew għall-informazzjoni, ħadt ma kien jaf iweġibhom u flok daħlu fit-terminal jistkennu mix-xemx u għall-frisk tal-arja kundizzjonata.
//= $special ?>

