Qed ikomplu jaslu aktar rapporti għand MaltaRightNow.com ta’ entitajiet u Dipartimenti tal-Gvern li f’żoni pubbliċi qed ikollhom it-televixin mixgħul fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista.
Ħafna huma dawk li jiġbdu l-attenzjoni tal-Uffiċjali Pubbliċi li jkunu fil-post, iżda xi kultant dawn xorta jħallu t-televixin fuq l-istazzjon Laburista … min minħabba xi skuża u min għax jagħżel li ma jagħtix każ.
Dan ir-ritratt intbagħat lil MaltaRightNow.com dalgħodu. Dan ittieħed fil-Waiting Room tas-sala tal-ENT fl-Isptar Mater Dei.
Il-persuna li tkellmet magħna qalet li dak il-ħin li rat it-televixin fuq l-istazzjon Laburista ħasbet li kien għaddej xi programm dwar is-Saħħa u għalhekk l-Amministrazzjoni ta’ Mater Dei xtaqet twassal il-messaġġ relatat mas-Saħħa.
Madankollu, jidher li dan ma kienx il-każ, hekk kif dak il-ħin kienet qed tixxandar ir-repetizzjoni tal-bulettin tal-aħbarijiet tal-media Laburista li xxadar ilbieraħ filgħaxija.
Il-persuna li bagħtet ir-ritratt staqsiet jekk hux possibbli li, f’ċirkostanzi bħal dawn, wieħed jitfi t-televixin hu ġaladarba l-Uffiċjali Pubbliċi fil-post ma jagħżlux li jitfuh huma. Hi esprimiet id-dispjaċir tagħha kif issa qed naraw li “anke l-Isptar Mater Dei sar Tagħna Lkoll”.
//= $special ?>