L-Ispeaker Anġlu Farrugia ntagħżel biex ikun ir-rapporteur tas-sessjoni plenarja tal-Laqgħa tal-Parlamenti li qed tiltaqa’ f’San Salvador li se tiddiskuti l-bżonn ta’ livell ogħla tad-demokrazija – liema demokrazija trid tkun għal kulħadd.
It-tema ta’ din is-sessjoni fil-Laqgħa tal-Parlamenti, hi meqjusa bħala waħda importanti quddiem it-theddid li tiffaċċja d-demokrazija, liema theddid qiegħed iwassal għall-bżonn biex nibnu mill-ġdid id-demokrazija.
Biex jiġu indirizzaati t-tħassib u dak li qiegħed jinkwieta liċ-ċittadini, id-demokrazija madwar id-dinja għandha taġixxi u tindirizza l-isfidi biex jogħla l-livell u l-kwalità tad-demokrazija.
Quddiem daw l-isfidi, is-sessjoni li fiha l-Ispeaker Malti se jkun rapporteur, se tkun qed tiddiskuti kif se jkunu indirizzati dan it-theddid u kif dan għandu jwassal biex isir il-pass li jmiss għal livell aktar għoli tad-demokrazija.
//= $special ?>