Lokali Saħħa

Azzjonijiet Industrijali mill-Podoloġisti wara direttiva tal-gvern

Bħalissa fl-Isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kollha hemm għaddejjin azzjonijiet industrijali minn naħa tal-Podoloġisti, l-ispeċjalisti fil-qasam tas-saqajn.

Ir-raġuni li l-Podoloġisti għaddejjin bl-azzjonijiet industrijali hu għaliex kellhom jilħqu ftehim mal-gvern fuq l-ammont ta’ ħin tal-visti tal-pazjenti.

Jirriżulta li l-Gvern kien ta’ direttiva lil dawn il-Podoloġisti biex kull vista ma tkun itwal minn 15-il minuta. Dan bħala miżura biex l-ispeċjalisti jaraw aktar pazjenti u jonqsu l-waiting lists.

Minn naħa tagħhom l-ispeċjalisti qed jgħidu li din id-direttiva m’hix aċċettabbli għaliex tmur kontra l-kodiċi ta’ etika u l-prattika tagħhom.

Dan is-sit ikkuntatja lill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Podoloġisti, l-ispeċjalista Chris Ellul li spjega li jekk vista ta’ pazjent tkun 15-il minuta biss ikunu qed jiksru l-kodiċi ta’ etika u jkunu qed imorru kontra dak li titlob minnhom il-prattika tagħhom.

L-ispeċjalista Chris Ellul kompla jgħid li kull pazjent għandu bżonn attenzjoni partikolari u għalhekk il-visti ma jistgħux ikunu ristretti għal 15-il minuta biss.

L-azzjonijiet industrijali minn naħa tal-Podoloġisti ilhom għaddejjin madwar tlett ġimgħat bl-ispeċjalisti jinvistaw biss pazjenti li qegħdin f’riskju li jitilfu saqajhom.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Podoloġisti, Chirs Ellul spjega kif in-negozjati mad-Dipariment tas-Saħħa bdew f’Ġunju tas-sena l-oħra iżda waqfu f’Diċembru tas-sena l-oħra stess. Minn dakinhar ma ttieħded l-ebda miżura konkreta.

Minn naħa tagħha l-Assoċjazzjoni tal-Podoloġisti qed titlob lill-gvern sabiex jimpjega aktar Podoloġisti u assistenti għall-Podoloġisti. Skont il-President tal-Assoċjazzjoni assisteni kellhom ikunu iimpjegati 14 u minflok il-gvern impjega tnejn biss.

Jekk verament il-Gvern irid jnaqqas il-waiting lists mill-sptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kollha l-gvern għandu jindirizza l-problema minnufih billi jimpjega aktar nies u mhux joħroġ direttiva biex il-ħin tal-visti jonqos. Għaliex b’dik it-tip ta’ direttiva l-agħar li jmorru jkunu il-pazjent.

Għalhekk il-Podoloġisti mexjin fuq azzjonijiet industrijali; Għaliex ma jridux ikunu responsabbli ta’ nuqqas ta’ attenzjoni meritata lill-pazjenti kif irid il-Gvern.

Il-President tal-Asoċjazzjoni qal wkoll li wara kważi xhar ta’ azzjonijiet industrijali l-Gvern sa nhar il-Ġimgħa għandu jilħaq ftehim mal-Podoloġisti.