Il-plejer internazzjonali tal-Ingilterra Gary Neville ċċelebra l-fatt li l-Ingilterra ġiet fl-istess grupp ta’ Malta, Grupp F, għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.
Neville kemm-il darba saħaq li għalih Malta hi d-destinazzjoni favorita. Fil-passat hu kellu wkoll skola tal-futbol u flimkien ma’ Ryan Giggs investa miljuni f’Malta.
Imma din il-partita’ mill-ewwel qanqlet l-interess ta’ ħafna Maltin li jżommu mal-Ingliżi u Ingliżi li jgħixu f’Malta. Ma jistax jonqos li bdew ukoll il-botti bejn il-partitarji Ingliżi u dawk tal-Italja.
Fuq Faceook, is-South End Core, meqjusa bħala l-qalba tas-sapport lejn it-tim nazzjonali Malti, diġa’ ħabbru l-intenzjoni li jsegwu lill-Maltin f’Wembley Stadium, għal-logħba kontra l-Ingilterra.
//= $special ?>


