Lokali

Il-GRTU kontra s-sistema l-ġdida tal-leave tal-maternita

Il-GRTU ma taqbilx li s-sidien tal-postijiet tax-xogħol ikollhom iħallsu dabtejn għall-leave tal-maternita.

Din il-pożizzjoni l-GRTU espremieta fil-kuntest ta’ preżentazzjoni dwar il-Maternity Leave Trust Fund li kien ippreżentat mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjlai u Ekonomiku.

Skont dan il-mekkaniżmu ġdid, is-sidien se jkollhom iħallsu żiead ta’ 0.3 fil-mija f’kuntribuzzjonijiet fuq l-impjegati kollha u fl-istess ħin iħallsu l-paga lill-impjegati meta jkuni bil-levae tal-maternita.

Din se tingħata lura mill-gvern permezz tal-kontribuzzjonijiet li jħallsu l-istess impjegati.

Il-GRTU qalet li hi favur miżuri li jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija iżda jrid ikun rikonoxxut ukoll li l-leave tal-maternita għandu impatt kbir fuq il-kummerċ speċjalment f’negozji żgħar.

Il-GRTU sostniet li l-leave tal-maternita jwassal lin-negozji żgħar biex iżidu l-pressjoni minħabba nuqqas ta’ ħaddiema waqt li huma xorta jridu jħallsu l-pagi dovuti.

Skont il-GRTU, is-sitema l-ġdida se tiggrava s-sitwazzjoni fejn mhux aċċtetabbli n-negozji jkunu mitltuba jagħtu iktar.