IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 25 TA’ LULJU 2015
Il-ġurnali IN-NAZZJON, THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata dalgħodu kollha jitkellmu bi prominenza dwar l-aħbar li l-kumpanija Gasol abbandunat il-proġett tal-Power Station tal-gass.
Fi storja oħra IN-NAZZJON titkellem dwar it-tnedija ta’ kampanja ta’ ġbir ta’ fondi għall-proġett Net HD mill-Partit Nazzjonalista.
THE MALTA INDEPENDENT titkellem dwar kif il-Maltin li jpejpu għandhom ċans ferm għola li jsoffru attakk tal-qalb. Ċans li huwa anke għola għal min ibgħati mid-dijabete.
THE TIMES OF MALTA minn naħa tagħha tgħati importanza lil aħbar mix-xena internazzjonali hekk kif il-President Amerikan Barack Obama beda żjara fil-Kenja, l-pajjiż minn fejn ġej missier Obama.
Minn naħa tiegħu l-ġurnal tal-General Workers Union L-ORIZZONT jagħżel li jkun l-unika ġurnal li ma’ jagħmel ebda referenza għall-aħbar dwar il-kumanija Gasol u minflok jiffoka l-faċċata fuq difiża tas-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u l-Bank of Valletta. L-istess ġurnal jgħid ukoll li l-kumpanija GO m’għandha ssofri ebda mpatt mill-irtirar tad-Dubai Holdings, u dan minkejja li l-bieraħ fil-borża ta’ Malta l-ishma ta’ l-istess GO niżlu b’mod sinjifikanti.
//= $special ?>
