Il-President Amerikan Barack Obama beda żjara uffiċjali fil-Kenja; żjara li għal President Amerikan għandha wkoll xeħta emozzjonali hekk kif il-Kenja huwa l-pajjiż min fejn ġej missier Barack Obama tant li fl-ewwel siegħat tiegħu fil-Kenja Obama ltaqa’ ma’ xi membri tal-familja tiegħu li jgħixu hemm.
F’Nairobi Barack Obama attenda l-ftuħ tal-Global Entrepreneurship Summit u huwa mistenni jżur is-sit fejn huwa mfakkar l-attakk li seħħ fuq l-ambaxxata Amerikana fl-1998. Attakk li fih mietu aktar minn mitejn ruħ u li ħatja tiegħu huma l-ġellieda tal-Al Qaeda.
Barack Obama mistenni wkoll jkollu laqgħat mal-President Kenjan Uhuru Kenyatta.
Wara ż-żjara fil-Kenja Obama huwa mistenni jagħmel żjara fl-Etijopja fejn hemmhekk ser jindirzza laqgħa ta’ l-Unjoni Afrikana. Bosta qegħdin ibassru li Barack Obama ser jieħu din l-opportunita’ sabiex jitkellem dwar id-drittijiet ta’ l-omosesswali.
//= $special ?>