Internazzjonali

Jindifnu l-aħħar vittmi tat-traġedja tal-Germanwings

Fl-Alpli Franċiżi f’ċerimonja mimlija emozzjoni ġew midfuna l-aħħar vittmi li erbgħa xhur ilu kienu fost il-150 ruħ li tilfu ħajjithom fit-traġedja tal-Germanwings. Traġedja li seħħet wara li l-ko pilota Andreas Lubitz ħa l-kontroll ta’ l-ajruplan sabiex baqa’ dieħel f’muntanja.

Is-Sindku ta’ Le Vernet Francois Balique saħaq li l-idea hi li l-muntanja tkun post ta’ silenzju, post ta’ tifkira fejn in-nies jistgħu jinġabru u jiftakru fil-maħbubin tagħhom.

Il-kontroversja b’rabta ma’ din il-ħabta għadha għaddeja hekk kif il-familji tal-vittmi mhumiex qegħdin jaċċettaw il-kumpens li qegħda toffri l-Lufthansa, sid il-Germanwings. Kumpens li skond l-istess familji huwa insult hekk kif huwa inqas min dak li jaqla s-CEO tal-kumpanija f’ġimgħa.