Futbol Lokali Sport

Malta se tilgħab kontra l-Ingilterra fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018

It-tim nazzjonali Malti se jilgħab kontra t-tim nazzjonali Ingliż fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 li se ssir fir-Russja.

Dan sar magħruf hekk kif illejla f’ċerimonja li saret f’San Pietruburgu, ttellaw il-poloz għar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għal-logħob tat-Tazza tad-Dinja.

Malta se tilgħab fi Grupp F fejn ser tkun qed tilgħab kontra l-Ingilterra, l-Litwanja, l-Slovenja, l-Iskozja u s-Slovakja.

Iċ-ċerimonja nfteħet b’diskorsi tal-President tal-FIFA Sepp Blatter u tal-President tar-Russja Vladimir Putin.

world cup grouf f