Lokali Saħħa

Min ipejjep b’riskju ta’ tliet darbiet akbar ta’ attakk tal-qalb

Studju li sar minn Ritienne Attard, Maltese Acute Myocardial Infarction (MAMI) żvela kif Maltin li jpejpu għandhom riskju ta’ tliet darbiet akbar li jaqbadhom attakk tal-qalb.

L-istess studju ġie analizzat l-effetti tas-sigaretti, il-konsum tal-alkoħol u d-diabete, u r-rabta li jista’ jkun hemm ma’ attakk tal-qalb. Fl-istudju ħadu sehem mal-elf individwu.

L-istess studju jagħmel referenza wkoll għall-ħsara li ssir fuq persuni li ma jpejpux, b’riskju akbar ta’ attakki tal-qalb anka jekk dawn ikunu esposti għal siegħa biss kuljum ħdejn persuna li tpejjep. Bl-istess mod, aktar ma persuna żżid il-konsum tal-alkoħol, aktar hemm ċans li jaqbadha attakk tal-qalb.

L-istess riċerka tiżvela kif nofs il-persuni li huma diabetiċi ma jikkontrollawx il-livell ta’ zokkor li jieħdu.